Helwa tal-Ghageb
Ilmaħtek fil-bogħod titbissem fil-kwiet
tidħakli bis-serqa, saħħartni bis-skiet
imfawwar bil-ġmiel
bħall-ġamar fil-lejl
dak il-wiċċ
Int ġawhra tad-dinja f’ħajti twelidt
bħal djamant mill-isbaħ, li fl-aħħar jien sibt
bit-tjieba u bl-għożża
int l-aqwa ġojjell
ta’ kull żmien
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Int fjura mill-isbaħ, kulur fjurit
li tfewwaħ u ssebbaħ qlub imsewdin
twarrad f’Rebbiegħa
int l-isbaħ għalija
b’dak il-ġmiel
Bexxaqtli xofftejk u ħmaru ħaddejk
ħallejtni nintilef fil-ħarsa t’għajnejk
f’dan in-namur
inħoss li int żgur
il-futur
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Song Recorded, Produced and Mixed by Kenny D'Ugo at Beehive Productions Video Directed, Filmed and Edited by Zepp Gauci Short Film & Web Design Studio Music & Lyrics written by Bernie and Pod, Wayne Farrugia
Int u Jien dal-Milied
Qum, dur u iżfen
Nieqaf Ftit